Hollie Cassar waqt Britain’s Got Talent nhar it-Tnejn; Giorgia Borg fis-semifinali l-ġimgħa d-dieħla

Ritratt: Facebook

Hollie Cassar, il-Maltija li se tkun fil-kast tal-musical ta’ Gloria Estefan, On Your Feet!, nhar it-Tnejn li ġej se tkun qed tidher fil-programm Britain’s Got Talent fuq l-istazzjon Ingliż ITV. Hi se tkun flimkien mal-kast ta’ dan il-musical fejn se jkunu qed jagħtu wirja bħala parti mill-promozzjoni ta’ dan il-musical.

Ritratt: Facebook

Kienet Cassar stess, li llum hi magħrufa bħala Hollie Riseley, li kkonfermat din l-aħbar permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.

Ritratt: Facebook

Hollie Cassar kienet rebħet l-edizzjoni tal-2005 tal-programm L-Isfida u permezz ta’ hekk ingħatat scholarship ta’ tlett snin u minn dak iż-żmien baqgħet tistinka f’din il-karriera tant li ħadmet f’għadd ta’ musicals iżda bla dubju dan ta’ On Your Feet! hu fost l-ikbar li se tkun impenjat ruħha fihom. Illum hija miżżewwġa lil Michael Riseley, ukoll involut fil-qasam tal-musicals.

Facebook

Filwaqt li lil Hollie se nkunu qed tieħu sehem flimkien mal-kast ta’ On Your Feet! fl-edizzjoni ta’ nhar it-Tnejn ta’ Britain’s Got Talent, matul il-ġimgħa se nkunu qed nistennew ukoll lil Giorgia Borg, il-kantanta Maltija ta’ 10 snin li kisbet suċċess kbir wara li kisbet il-Golden Buzzer mingħand Alesha Dixon.

B’hekk Borg hija l-iżgħar artista solista li kellha dan l-unur.

Britain’s Got Talent se jkun qed joffri ħafna sorpriża matul il-ġimgħa li ġejja u qed jissemmew ukoll artisti bħal Jason Donovan u Sheridan Smith li se jkunu qed jagħtu promozzjoni lill-musical Joseph And The Amazing Technicolor Dreamcoat.