Hold-ups delivery persons: Żewġt irġiel għall-Qorti

Miguela Xuereb

Żewġt irġiel minn Bormla se jitressqu l-Qorti dalgħodu b’rabta ma’ hold-ups fuq delivery persons fil-jiem li għaddew.

Huma se jidhru quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea għall-ħabta tal-11am.

Ir-raġel ta’ 30 sena se jkun akkużat b’erba’ hold-ups, li kien fil-pussess ta’ karozza misruqa kif ukoll b’attentat ta’ serq ta’ vettura oħra. L-ieħor ta’ 53 sena se jkun akkużat bi tliet hold-ups.

Huma se jitressqu l-Qorti mill-Pulizija tal-Iskwadra kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u dawk tad-Distrett ta’ Bormla.