Hold-up fin-Naxxar; raġel arrestat

Read in English.

Il-Pulizija arrestat raġel wara hold-up fin-Naxxar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan ma’ Newsbook.com.mt. Il-każ seħħ illum wara nofsinhar fi stabbiliment fi Triq il-Knisja.

Jidher li raġel armat daħal fl-istabbiliment. Il-Pulizija ssejħu fuq il-post fejn seħħ ukoll l-arrest.

Ir-raġel qed tinżamm mill-Pulizija.

Intant, fi stqarrija mibgħuta aktar tard, il-Melita avżat lill-klijenti li wara l-attentat ta’ serq li seħħ illum, il-ħanut tal-kumpanija fin-Naxxar ingħalaq. Qalet li l-ħwienet l-oħra tal-Melita qed joperaw b’mod normali.

Il-kumpanija rringrazzjat ukoll lill-Pulizija għall-intervent fil-pront tagħhom, “li malajr temm dan l-inċident b’mod sikur.”