Filmat: Hold-Up fil-Marsa

Il-Pulizija qed tinvestiga hold-up li seħħ fl-inħawi tal-biċċerija fil-Marsa.

Jirriżulta li s-serqa saret għall-ħabta tal-3.40 ta’ wara nofsinhar minn ġewwa fabbrika tas-silġ.

Żewġ persuni mgħammda u armati b’pistola serqa b’€1,500.

Huma ħarbu minn fuq il-post permezz ta’ vettura tat-tip Landrover Freelander li nstabet aktar maħruqa fl-istess inħawi fi Triq il-Moll tal-Knisja fil-Marsa.

Il-vettura li ntużat mill-ħallelin spiċċat ġo garaxx, bin-nar jinfirex mal-garaxxijiet biswit.

Ħadd ma weġġa f’din is-serqa. Fuq il-post issejħet il-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu n-nirien.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.