Hold-up f’Ta’ Xbiex; il-ħalliel jaħrab bil-flus

Fis-sitta tal-lejla, il-Pulizija ġew infurmati li seħħ każ ta’ hold-up minn ħanut fi Triq Abate Rigord, Ta’ Xbiex.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li raġel mgħammad u allegatament armat b’arma tan-nar, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier. Il-kaxxier huwa raġel ta’ 25 sena, residenti l-Mosta.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.