Ħobża tal-banana

Ħobża tal-banana

Ingredjenti

3 bananiet misjura

40g butir imdewweb

kuċċarina baking powder

nitfa melħ

100g zokkor

bajda mħabbta

kuċċarina vanilla

180g dqiq

Metodu

Saħħan il-forn 175˚C.

Għaffeġ il-banana sakemm tillixxaha. Żid il-butir imdewweb fuqha.

Żid il-baking powderu l-melħ. Ħallat ukoll iz-zokkor, il-bajda mħabbta u l-vanilla. Fl-aħħar żid id-dqiq u ħawwad.

Ferragħ t-taħlita fil-kontenitur li tkun se taħmi fih u li jkun midluk bil-butir. Sajjar għal madwar siegħa jew sakemm tara li meta ddaħħal sikkina toħroġ nadifa.

Meta l-ħobża ssir ħalliha tiksaħ qabel taqsamha.