Ingredjenti
260g dqiq
nofs kuċċarina melħ
kuċċarina u nofs baking powder
2 kuċċarini kannella
2 bajdiet
85g żejt veġetali
190g zokkor
2 kuċċarini estratt tal-vanilla
150g qarabagħli maħkuk
120g ġewż imqatta’ biċċiet
Metodu
Saħħan il-forn għal 165˚Ċ/325˚F . Idlek landa tal-kejk u roxx bid-dqiq.
Agħrbel f’bieqja d-dqiq, il-melħ, il-baking powder u l-kannella.
F’bieqja oħra ħabbat il-bajd, iż-żejt, il-vanilla u z-zokkor. Żid it-taħlita tad-dqiq u ħawwad tajjeb. Żid il-qarabagħli u l-lewż u ħawwad sakemm tara li jkunu tħalltu tajjeb. Ferragħ t-taħlita fil-landa tal-kejk.
Aħmi għal bejn 40-60 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa. Oħrog mill-forn u ħalli jiksaħ tajjeb.
Aqsmu biss meta jkun kesaħ għal kollox.