Ħobż mixwi bit-tewm u t-tursin

Ingredjenti

Nofs ħobża tal-Malti

60g butir, mhux mill-friġġ

4 rjus tat-tewm, mitħuna

1 mgħarfa tursin, imqatta’ rqiq

nitfa melħ

Jekk tiggosta

30g ġobon Parmiġġjan

jew

60g ġobon mozzallera mqatta’

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.

Isslajsja l-ħobża u poġġi fuq tilar tal-forn li jkun miksi bil-foil.

F’bieqja ħallat flimkien il-butir, it-tewm, it-tursin u l-melħ sakemm jitħalltu tajjeb.

Daħħal fil-forn għal 10-15-il minuta sakemm tara li l-ġnub tal-ħobż jieħdu kulur dehbi skur. Jekk trid ħobż aktar iqarmeċ ħallih isir fil-forn għal 3-5 minuti oħra. Imma attent li ma jinħaraqx.

Jekk tkun trid iżżid il-ġobon ferrxu fil-wiċċ tal-ħobż fl-aħħar 2 minuti tas-sajran.