Ħobż bit-tewm

Ingredjenti

60g butir artab

ras ta’ tewma mgħaffġa

kuċċarina tursin imqattgħa rqiq

ħobża zgħira

2 mgħaref ġobon parmiġġjan maħkuk

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ (400˚F)

F’bieqja żgħira ħawwad flimkien il-butir, it-tewm u t-tursin.

Qatta’ l-ħobż u daħħal il-biċċiet fil-forn sakemm jibdew isiru kulur dehbi.

Idlek il-ħobż bit-taħlita tal-butir u fil-wiċċ ferrex ftit ġobon Parmiġġjan maħkuk.

Erġa’ daħħal fil-forn u ħalli hemm sakemm il-wiċċ isir dehbi.