“Ħobż b’xejn” – furnar fl-Italja jqassam dak li ma jinbiegħx tul il-ġurnata

Tella' avviż li kien se jqassam il-ħobż b'xejn u f'temp ta' tlett ijiem spiċċa l-iktar furnar popolari fuq l-internet.
Furnar f'Verona fl-Italja, ġietu ħniena quddiem sitwazzjoni ta' faqar dejjem tiżdied fl-Italja. Il-furnar li ħames snin ilu kien spiċċa bla xogħol u ddeċieda li jarma għal rasu n-negozju li għandu, qal li ta' kuljum jiltaqa' ma' anzjani li bil-pensjoni ma jlaħħqux sal-aħħar tax-xahar.
Quddiem din is-sitwazzjoni, Luca Moscon il-propjetarju tal-imsemmi forn iddeċieda li joħroġ qoffa bil-ħobż kull filgħaxija qabel jgħalaq, b'dak li ma jkunx inbiegħ matul il-ġurnata.
L-għada filgħodu ta' kull darba kien qed isib il-qoffa vojta.
Wara li fuq il-paġna tan-negozju tiegħu fuq facebook tella' r-ritratt tal-qoffa vojta bil-kliem "ħobż b'xejn", spiċċa biex f'temp ta' 72 siegħa r-ritratt tiegħu ġie mxerred fuq l-internet iktar minn 200 elf darba!