Ħnieżer b’saħħithom imma bla ċippa – Il-Gvern

Ħnieżer saħħithom bla ċippa razzett
Ritratt: Facebook - Animal Liberation Malta

Il-ħnieżer li nstabu fiċ-Ċirkewwa ma kienux morda però kienu bla microchip skont il-Ministeru għall-Ambjent.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li l-Veterinary Regulation Directorate (VRD) għamel spezzjoni fuq il-post fejn kien qed jiġi allegat li l-ħnieżer kienu miżmuma f’kundizzjonijiet ħżiena. L-ispezzjoni saret fl-14 ta’ Awwissu u nstabu 14-il ħanżir.

Instab li l-ħnieżer kienu f’kundizzjoni tajba u li kellhom aċċess għall-ilma u għall-ikel. Kienu f’post li kellhu tlett ikmamar u żona mhux imsaqqfa fuq barra. Il-Ministeru kkonferma li sid il-ħnieżer ma kkastrax il-ħnieżer maskili u li ma rax li l-ħnieżer kellhom microchip skont il-liġi. Madanakollu mhux se jittieħdu passi kontra s-sid li rranġa’ s-sitwazzjoni.

Liġi li għadha trid tidħol fis-seħħ tgħid li ma jistax ikun hemm aktar minn żewġt iħnieżer fuq sit wieħed u li ma jistgħax jinżamm aktar minn ħanżir wieħed għal kull persuna.

Nhar it-Tlieta li għadda, Animal Liberation Malta saħqu li dan huwa każ ieħor ta’ negliġenza u attitudni irresponsabbli lejn l-annimali. Huma ddeskrivew kif sabu 35 ħanżir f’għelieqi mingħajr m’huma rreġistrati, li skont il-liġi ta’ Malta, tfisser li għandhom jittieħdu għal qatla.