Aġġornata: Ħmieġ tal-fishfarms idennes il-Bajja ta’ San Tumas

Facebook

Għawwiema li żaru l-bajja ta’ San Tumas ilbieraħ innutaw ħmieġ tal-fishfarms idennes il-bajja u wħud tellgħu ritratti fil-midja soċjali.

Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA) u lid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika, biex tkun verifikata l-kawża ta’ dan l-inkonvenjent għall-għawwiema fil-perjodu tas-sajf.

Fit-tweġiba tagħha, il-Federazzjoni tal-Produzzjoni Maltin tal-Akwakultura qalet li lbieraħ stess intbagħtu dgħajjes biex jitneħħa kull inkonvenjent.

Żiedet li l-Prim Ministru għadda kummenti pożittivi fuq din l-industrija waqt iż-żjara tiegħu fil-Ġappun.