Ħmerijiet li d-dieti fuq l-internet iġibuk irqiqa – Claudette Buttigieg

F’ħajti ġieli għamilt deċiżjonijiet ħżiena meta ppruvajt nitlef il-piż. F’20 sena ta’ televiżjoni, ġieli ntlaqatt ħażin mill-perċezzjoni tan-nies ta’ kif għandha tidher persuna li taħdem fuq it-televiżjoni.
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet dan fil-ftuħ tal-intervent tagħha fil-Parlament fid-diskussjoni b’rabta mal-abbozz ta’ liġi dwar l-obeżità.
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaqblu li din il-liġi, proposta mid-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, hi pożittiva u għandha tidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.
Claudette Buttigieg wissiet kontra dieti li jinsabu fuq l-internet u li jwiegħdu li dak li jkun jitlef il-piż fi ftit jiem. Enfasizzat li min irid jgħix ħajja sana jrid jimpenja ruħu u jagħmel ħażin jekk ma jikolx tip ta’ ikel jew kwantità inqas milli meħtieġ.