“Ħloqna aktar minn 1,000 impjieg ġdid f’Ħal Far” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li f’dawn l-aħħar 4 snin, fil-fabbrika taż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far inħolqu aktar minn elf impjieg ġdid.
Il-Prim Ministru qal dan waqt żjara f’żewġ fabbriki separati f’Ħal Far, Trelleborg Sealing Solutions li timmanifattura washers u toffri soluzzjonijiet ta’ siġill bil-gomma, u Sterling Chemical, kumpanija tal-farmaċewtika.
Din l-aħħar kumpanija msemmija, ilha mwaqqfa 4 snin, u diġà ħabbret investiment ta’ €10 miljun fi tkabbir tal-premessi tagħha. Muscat qal ukoll li dil-kumpanija mistennija tirdoppja l-ħaddiema tagħha.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech