Il-Fondazzjoni għall-Servizzi Edukattivi ħabbret li se jinħareġ perċentaġġ mill-paga bil-quddiem lil ħaddiema ta’ Skola Sajf li għadhom ma ħadux paga.
Il-Fondazzjoni rrimarkat li se tkun qed tintroduċi sistema operattiva ġdida biex il-pagamenti tal-ħaddiema fuq bażi part-time jkunu regolati. Skont il-Fondazzjoni, din is-sena applikaw mat-12.000 tifel u tifla, żieda ta’ 700 mis-sena li għaddiet u dawn tqassmu f’59 ċentru madwar Malta u Għawdex.