Ħjiel għal meta se titwieled it-tarbija rjali ta’ Meghan u Harry

It-twelid tat-tarbija rjali qed iħalli lil kulħadd fuq ix-xwiek, peress li l-familja rjali tar-Renju Unit ma qalitx meta hi mistennija titwieled it-tarbija. Ħafna spekulaw li t-tarbija se titwieled fi tmiem il-ġimgħa, imma aħbar ġdida turi li t-tarbija x’aktarx mhix se titwieled illum, u jaf titwieled f’Mejju.

Dan għaliex il-Ħadd filgħodu, tħabbar li l-Prinċep Harry se jattendi l-Maratona ta’ Londra biex jagħti l-midalji u jiltaqa’ mal-voluntiera. Peress li dan tħabbar fil-jum stess u mhux minn qabel, rapporti fil-midja Ingliża qegħdin jgħidu li r-raġuni għaliex ma ħabbrux dan qabel kienet f’każ li Meghan tkun se twelled illum.

“Kważi wasalna” – Meghan dwar it-tqala tagħha

Il-Ħamis tħabbret iż-żjara tal-Prinċep Harry għall-quddiesa fil-jum li jfakkar l-Awstraljani u dawk minn New Zealand li mietu fil-gwerer fl-aħħar minuta wkoll, allegatament għall-istess raġuni.

Għall-quddiesa, attendiet ukoll id-Dukessa Kate. Il-Prinċep William ma setax jattendi peress li kien fi New Zealand biex iżur il-familji tal-vittmi tal-attakki f’2 moskej li ħallew diversi persuni mejta. Waqt din iż-żjara, hu ġie mistoqsi fuq it-tarbija rjali, u peress li ma kellux mowbajl fuqu, qal lill-ġurnalisti li x’aktarx huma jsiru jafu bit-twelid qablu.

Il-Prinċep William iżur il-moskej f’New Zealand; jiltaqa’ mal-vittmi

Il-Ħadd li għadda, fl-Għid il-Kbir, William u Kate żaru lid-Dukessa Meghan fi Frogmore Cottage, id-dar li marru joqogħdu fiha Harry u Meghan. Dan minħabba li hi ma setgħetx tattendi l-quddiesa f’St George’s Chapel, peress li waslet fi tmiem it-tqala tagħha.