HIV: 30 każ f’Malta fl-2012

Matul is-sena li għaddiet, f’Malta kien hawn 5 każi ta’ AIDS u 30 każ ta’ persuni bl-HIV.

Din tissarraf f’żieda ta’ 6 persuni bl-HIV fuq is-sena ta’ qabel, biż-żieda jkunu immigranti irregolari.

Fl-2012 f’Malta kien hawn 13-il Malti marid bl-HIV u l-AIDS, ħames barranin u 17-il immigrant irregolari.

Dan jirriżulta mit-tweġiba li saret mill-Ministru għas-Saħħa Godfrey Farrugia għall-mistoqsijiet magħmula mid-Deputat Etienne Grech.

Mill-istess tweġibiet jirriżulta wkoll li s-sena li għaddiet kien hawn 41 każ ta’ tuberkolożi, li 28 minnhom kienu immigranti.

Ma kienx hawn każi ta’ lebbra għalkemm kien hemm raġel li ġie rrappurtat li setgħa kellu s-sintomi tal-lebbra.