Hit-and-run fuq mutur fis-Salini

aċċident mutur San Ġiljan

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’hit-and-run fis-Salini dalgħodu.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Imsida. Il-Pulizija ġiet infurmata bil-ħabta li ġrat fi Triq Tul il-Kosta fejn ir-roundabout tas-Salini fis-6.15am. Skont is-sewwieq tal-mutur, il-vettura l-oħra involuta fl-inċident telqet minn fuq il-post.

Il-Pulizija bdiet tfittex għall-vettura li telqet mill-post.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku. Wara ttieħed l-isptar b’ambulanza. Ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.