Read in English.
Mara li kienet qed issuq mutur f’Ħal Tarxien intlaqtet minn karozza li baqgħet sejra.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tal-5.20am. Hu spjega li meta marru fuq il-post, il-pulizija sabu li kien hemm mutur milqut minn vettura.
Il-kelliem spjega li aktar tard il-pulizija sabet lill-persuna li kienet qed issuq il-vettura li tajret il-mutur.
Sal-ħin tal-pubblikazzjoni Newsbook.com.mt ma setax jikkonferma jekk il-mara li kienet qed issuq il-mutur itteħditx l-Isptar Mater Dei jew le kawża tal-inċident.