Aġġornata: Hit-and-run f’Raħal Ġdid; arrestat is-sewwieq

Għawwiem mitluf Baħar iċ-Ċagħaq ħelikopter tfittxija pulizija

Raġel ta’ 21 sena mir-Rabat ittajjar minn karozza li baqgħet sejra għal triqitha f’Raħal Ġdid.

Wara tfittxija intensiva mill-Pulizija tat-Rapid Intervention Unit arrestat raġel ta’ 27 sena mill-Isla li qed jinżamm taħt arrest.

Minn informazzjoni li għandna, jidher li l-inċident seħħ fi Triq il-Perit Duminku Mintoff, viċin il-Moskea. Il-vittma ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza jsofri minn ġrieħi gravi.

Dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt li spjega li l-inċident seħħ fis-2pm.

Aktar dettalji la jaslulna.