Mara ta’ 43 sena miż-Żejtun inlaqtet minn karozza fi Triq Melqart Marsaxlokk. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm.
Skont kelliem għall-Pulizija, il-vettura li laqtet lill-mara baqgħet sejra u qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex isiru jafu min kienet il-persuna.
Il-mara ttieħdet il-poliklinika sabiex tiġi eżaminata.