Hit and run fl-Imdina; iweġġgħu żewġ żgħażagħ

Żewġ żgħażagħ weġġgħu ħafif f’hit and run l-Imdina lbieraħ filgħaxija.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li tfajla ta’ 15-il sena u żagħżugħ ta’ 16-il sena rċivew il-kura minn Polyclinic. Dan wara li ntlaqtu minn vettura fi triq Mario Galea Testaferrata.

Il-kelliem spjega li huma ma ċemplux lill-Pulizija mill-ewwel u li għamlu rapport fl-Għassa. Qal li f’każ bħal dan, wieħed għandu jċempel lill-Pulizija mill-ewwel fuq in-numru 112.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Hit and Run: To the Punto driver and witnessesTo the driver of Fiat Punto colour silver who was involved in a…

Posted by Saviour Formosa on Monday, December 24, 2018