Hit-and-run fiż-Żejtun; raġel fil-periklu tal-mewt

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Raġel spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vann fiż-Żejtun. Is-sewwieq ma waqfx.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għas-6.45am. L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani.

Skont il-Pulizija raġel mill-Gambja ntlaqat minn vann. Is-sewwieq telaq minn fuq il-post sakemm waslu l-pulizija. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

“Wara li bdiet tfittxija għall-vettura involuta fl-inċident, raġel Taljan ta’ 49 sena residenti Wied il-Għajn daħal fl-Għassa taż-Żejtun jirrapporta li kien laqat persuna,” qalet il-Pulizija.

Infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Josette Demicoli.