Hit and run fil-Gżira; tifla l-isptar

Read in English.

Tifla ta’ 11-il sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li ttajret minn mutur fil-Gżira.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm, bis-sewwieq tal-mutur ħarab minn fuq il-post. Il-pulizija għadhom qed ifittxu lis-sewwieq.

It-tifla hija Ukrena residenti San Pawl il-Baħar.

Il-kundizzjoni tat-tifla għadha mhux magħrufa.