Tajruh u baqgħu sejrin; Anzjan fil-periklu tal-mewt

Read in English.

Raġel ta’ 69 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Birżebbuġa u din baqgħet sejra.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofssiegħa ta’ filgħodu, bis-sewwieq tal-karrozza ħarab minn fuq il-post. Il-pulizija għadhom qed ifittxu lis-sewwieq.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fi Triq iż-Żurrieq minnufih u hemm sabu raġel ta’ 69 sena
residenti Birżebbuġa b’diversi ġrieħi.

Għaldaqstant, fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater
Dei. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn
ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ, li qed jiġi
ttrattat bħala hit and run.

Il-Puizija qed titlob għall-għajnuna tal-pubbliku billi kull min għandu xi informazzjoni li tista’ tgħin fl-investigazzjonijiet huwa mħeġġeġ jgħaddiha lill-pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numru 119 jew 2122 4001.