Hit-and-run f’Ħaż-Żebbuġ; sewwieq ta’ mutur l-isptar

CMRU

Sewwieq ta’ mutur ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi f’ħabta f’Ħaż-Żebbuġ.

Kien għall-ħabta tal-11am fi Triq Dun Karm Psaila, meta seħħet ħabta bejn mutur u karozza li telqet minn fuq il-post.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.