Hit and run f’Ħal Qormi; anzjan gravi

Aġġornat 07:21 AM
CMRU

Kien hemm hit and run f’Ħal Qormi li ħalliet anzjan ferut jirkupra l-Isptar Mater Dei. Hu ndarab gravi

L-inċident ġara fit-3pm fi Triq l-Imdina, ħdejn ir-roundabout fid-direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ. Is-sewwieq tal-karozza li laqtet lill-anzjan baqa’ sejjer.

L-anzjan għandu 69 sena u huwa minn Ħal Qormi. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza.

Il-pulizija qegħdin ifittxu lis-sewwieq li ħarab minn fuq il-post.