Ħinijiet estiżi f’ċerti fergħat tal-MaltaPost għall-vouchers tal-Gvern

Il-MaltaPost ħabbret li se tkun qiegħda testendi temporanjament il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ wħud mill-fergħat postali. Matul dawn il-ħinijiet wieħed jista’ jmur biex jiġbor il-posta reġistrata bil-vouchers tal-Gvern.

Il-Fergħat Postali li se jkunu miftuħa huma:

  • 511, Triq San Pawl, St Paul’s Bay
  • 6, Triq id-Dolmen, Buġibba/Qawra
  • 21, Pjazza Meme` Scicluna, Gzira
  • Telghet Gwardamangia, Pieta`

Il-ġranet huma l-Erbgħa 19 u l-Ħamis 20 t’Awwissu bejn l-4pm u s-7pm.

Il-MaltaPost fakkret biex dawk ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar li  għandhom n-notifika l-ħadra jridu jinqdew mill-Fergħa Postali ta’ 511, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar filwaqt li dawk li għandhom in-notifika l-bajda jridu jiġbru l-vouchers mill-Fergħa Postali li tinsab f’ 6, Triq id-Dolmen, Buġibba/Qawra.

Kull resident fil-Gżejjer Maltin jista’ jiċċekkja jekk humiex intitolati għall-vouchers billi jċempel fuq 80074904 u jikkonfermaw qabel imorru fil-Fergħa Postali tagħhom.