Ħin ta’ adorazzjoni u riflessjoni fil-parroċċa ta’ San Ġiljan

Nhar l-Erbgħa 10 t’April 2019, bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Marija Addolorata u anke għall-Ġimgħa Mqaddsa, se tkun qed tiġi organizzata adorazzjoni fis-silenzju u qrar fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

It-tema hija: Ieqaf, Aħseb u Erġa’ lura… Fis-7.00pm se tibda quddiesa u jibda wkoll is-servizz tal-qrar. Se jkun hemm diversi saċerdoti, anke minn barra l-parroċċa. L-adorazzjoni se tibda wara l-quddies, għall-ħabta tas-7.30pm, u se ddum sal-10pm. Ikun hemm ukoll mużika adattata għal dawn iż-żminijiet.

Tista’ tara aktar tagħrif dwar l-attivitajiet li ser isiru fil-parroċċa ta’ San Ġiljan billi żżur il-paġna ta’ Facebook jew is-sit elettroniku.