Ħin ġdid għall-programm Niskata

Ritratt: Clint Gerald Attard

Mill-iskeda ta’ TVM li tibda minn nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru, jasal lura l-programm Niskata bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Angela Agius. Minn din l-iskeda, dan il-programm se jimxi għall-ħin ta’ wara nofsinhar u se jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa minn 12.05pm sa 2.45pm.

Niskata jwassal suġġetti varji li joffru lit-telespettaturi waqtiet ta’ rilassament u divertiment, imma ta’ tagħlim u tagħrif fil-kumdità ta’ darhom, permezz ta’ kuntatt telefoniku u sehem fid-diskussjoni; għadd ta’ logħob u kompetizzjonijiet b’bosta premjijiet x’jintrebħu. 

Għal sena oħra Niskata se jiffoka u jindirizza l-bżonnijiet tal-anzjani fejn nenfasiżżaw dwar it-tibdil li jseħħ u l-ħtiġijiet li jkollhom bżonn fil-ħajja ta’ kuljum.

Minn din l-edizzjoni Niskata se jippreżenta rokna bl-isem ta’ Spotlight li se tibda tixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa u se jkunu mistiedna nies magħrufa.

L-għan hu li permezz ta`intervisti ma’ nies li jafu lill-personalità mill-viċin u intervista mal-personalità nifisha (li ssir mill-istudjo). B’hekk jintefa’ dawl fuq aspett uman u l-ħajja ta’ dak li jkun, li mhux normalment ikunu taħt il-lenti pubblika.

L-iskop ta’ dawn l-intervisti divertenti u oriġinali huwa li tinxtegħel spotlight fuq dawn l-uċuħ li warajhom hemm storja nteressanti x’wieħed jirrakkonta.  Stejjer li nafuhom, oħrajn minsija mill-protagonisti nfushom.

Iżda bir-riċerka u dedikazzjoni tal-preżentatriċi Angela Agius din jirnexxielha tfakkrilhom dak il-passat li minħabba l-impenji tal-ħajja dawn b’xi mod jkunu nsewhom. Filfatt tul din is-sensiela Spotlight, Angela Agius tippreżenta l-aħjar mumenti mill-ħajja tal-mistiedna fl-istudjow.

Hemm bosta mistednin diġà konfermati f`din is-sensiela fosthom, Mons Victor Grech, l-Imprenditur Anglu Xuereb u l-attriċi Karmen Azzopardi.

Tista’ tkun aġġornat dwar dan il-programm permezz tal-paġna uffiċċjali fuq niskatatv