Filmat: “Ħija għallimni niżfen minn fuq wheelchair”

Tmien żeffiena mill-Waterfall Dancers taw ukoll il-wirja tagħhom. Huma mmexxija minn Bernice, Peter u Leah. Bdew 25 sena ilu.

“Ħija kellu incident u spiċċa fuq wheelchair. L-unika ħaġa li stajt nagħmel biex naljenah kien li jagħllimni niżfen,” stqarr Peter.

Il-ġurija ma taqbilx bejniethom. Jidher li mhux kulħadd spikka. Ray ivvota kontra u Maxine ħassitha indeċiża. Sarah ma taqbilx. L-istess Howard.

Fl-aħħarnett jiddeċiedu li jagħtuhom ċans ieħor.