Higuain se jibqa’ ma’ Juve

Read in English.

Waqt li kien qiegħed jitkellem ma’ Sky Italy l-aġent ta’ Gonzalo Higuain stqarr li l-attakkant Arġentin mistenni jibqa’ ma’ Juventus u mhux qed ifittex li jingħaqad ma’ Chelsea.

L-eks attakkant ta’ Real Madrid ingħaqad ma’ Juventus fl-2016 mingħand ir-rivali tagħhom fis-Serie A Napoli u skurja 40 gowl fi 73 logħba għall-klabb minn Turin. Hu skurja wkoll 36 gowl fl-aħħar kampjonat tiegħu ma’ Napoli.

Rapporti fl-Ingilterra kienu qed jindikaw li Higuain seta’ jkun akkwist ta’ Maurizio Sarri la darba dan jinħatar kowċ ta’ Chelsea, bit-tim tal-Premier League Ingliż mistenni jonfoq £53 miljun.

L-attakkant ta’ 30 sena jinsab fuq btala wara li l-Arġentina ġew eliminati mit-Tazza tad-Dinja kontra Franza.

Miġjub lilek minn Hublot