Higuain jagħti s-semifinali lill-Arġentina

F’temp xemxi u sħun b’attendenza ta’ 68,500 spettatur fil-grawnd ta’ Brasilia, l-Arġentina għaddew għas-semifinali bil-gowl ta’ Higuain wara biss 8 minuti.
Wara 33 minuta, il-kowċ Arġentin Sabella kellu jbiddel lil Di Maria li ma kienx qed iħossu daqstant tajjeb u daħal minfloku Perez.
Fl-54 minuta, ġirja tajba bil-ballun ta’ Higuain li ra l-ballun jgħaddi għoli mill-lasti difiżi mill-gowlkiper Belġjan Courtois.
Partita li ftit kellha azzjonijiet u dehret evidenti l-għeja tal-plejers Belgjani.