Higuain jagħti l-mertu lid-difensuri

Gonzalo Higuain skurja darbtejn, iżda għażel li jagħti l-mertu lid-difiża għax xogħol impekkabbli li għamlu fir-rebħa ta’ 3-1 kontra Atalanta.

Musa Barrow tilef penalty qabel ma’ Robin Gosens fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras. Iżda grazzi għal Higuain li skurja darbtejn u l-gowl ta’ Paulo Dybala fl-aħħar sekondi tal-logħba, issiġillaw ir-rebħa.

F’intervista mal-midja Taljana Higuain qal li kienet logħba li tirrikjedi maturità. Spjega kif it-tliet punti li akkwistaw jiswew ħafna għat-tellieqa għall-iScudetto. Kompla billi qal li hu u Pogba huma ferħana ferm bil-gowls li għamlu, iżda t-tim kollu lagħab tajjeb, speċjalment id-difensuri.

It-tim issa għandu ftit jiem ta’ mistrieh u preparamenti għal logħba taċ-Champions League.

Riżultati oħra:

Milan 1-1 Napoli

Torino 0-3 Inter