Aġġornata: Trakk jeħel fil-mina ta’ Ħal Kirkop; karreġġjata magħluqa

Weħel trakk b’highlifter fil-mina ta’ Ħal Kirkop, qrib l-ajruport.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li dan ġara fl-10.15am. It-trakk hu għoli wisq biex jgħaddi minn ġol-mina, u wara li għadda hu u jħokk mas-saqaf tal-mina, ix-xufier kellu jieqaf.

Minħabba f’hekk, inġema’ t-traffiku fid-direzzjoni ta’ Ħal Kirkop, anke peress li issa hemm xi terrapien li waqa’ mis-saqaf mal-art. It-triq ingħalqet għal xi ħin, u issa nfetħet karreġġjata, għalkemm oħra għadha magħluqa.

Il-Pulizija qed tavża biex il-pubbliku juża rotot oħrajn.

https://www.facebook.com/themaltapoliceforce/photos/a.489182811165282/2460996733983870/?type=3&__xts__%5B0%5D=68.ARAmkSAdaV4RIgbGds2m0yVUuby75Z2L9WF5Vqiog8TvooX-_n1x7XCp0OKCGwT3P9pQktWlDNYnB6oRpgsZOyhk_o5hfuy3A_NW6rOAkXrLIPVCQ_hPieUkPo0LLGo0ZmFEEZLueqG9IR-u2KYwHnJYy7eG7hIa-C-NwogeLToh7M42aK3M5OMQURhaKs68DnA0d9X6CUNOmEQMhwApPM0LTbU0V2C78qSsiWQSAfsWvp3GHOlUNSXJ83pO5SF5yUql-SQGqk0DXW_4YLEWBzDrIk6Hh5Lzrl35TXkNcxyskBunRrWWM7AQzdm1EZPS7WoBaqMsqISLZPPu4MnIerC9Rg&__xts__%5B1%5D=68.ARA1eMflBoWDYhSrr12ZKGbc2u5MGn1LdJgNXLPCo28mpeDFY8UfvHnaLxErzS2uU8Y9xfzrcqtw1jrcvV-5Y4AbjfSTlkeR7kx1BVegtFWwk21PZGM1_kxPPQYl1zCZswJmSVvfJ8rZW28Ix2QxqX-NF7QUS-_xII3ehxbXVoiIniR9XbfSgCSV9GAHobgta6KU3evrIndtcL4sbNUGO9Pv9EOM01X4LDsci8WyOKABmegK92GJcKqupnoSu5OOYG4MP33p4I0FM_TdMg80T7XWEkK-XnJRhUX85O4RAXlLYw3lbZ5-QBWFvOgHw9uPDqP_FhZ9FVHictAcpxfd6NLaMg&__tn__=-R