Imut wara li waqa’ mill-irdum qrib l-Imtaħleb

CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 29 sena miet wara li waqa’ mill-irdum viċin l-Imtaħleb, skont il-Pulizija.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li r-rapport dwar il-każ daħal għad-8.40am. Ir-raġel li kien qed jistad waqa’ minn xi għoli fiż-żona ta’ Għar id-Dwieb. Huwa kien residenti San Ġwann.

Intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li marru fuq il-post b’patrol boat. Wara ntalbet l-għajnuna tal-ħelikopter tal-AFM. Ir-raġel tniżżel l-art u ġie ċċertifikat mejjet mit-tabib tal-emerġenza.

Ir-raġel tniżżel qrib ir-radar ta’ Ħad-Dingli.

Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.