Ħidma għal servizzi soċjali aħjar

Read in English.

Is-Social Care Standards Authority (SCSA) beda jiffunzjona, hekk kif ħa post id-dipartiment għas-Social Welfare Standards.

Is-Sur Matthew Vella ġie appuntat bħala ċ-Chief Executive Officer tal-Awtorità. Huwa għandu Degree fil-Ħidma Soċjali u Masters fl-Istudji dwar il-Familja. Huwa ħadem ukoll f’postijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur soċjali. Fl-aħħar għaxar snin, is-Sur Vella okkupa numru ta’ pożizzjonijiet f’amministrazzjonijiet għolja fi ħdan is-Servizzi Pubbliċi.

Is-Social Care Standards Authority se ddaħħal standards regulatorji f’postijiet differenti fejn topera bis-servizzi tagħha, kemm f’entitajiet publiċi kif ukoll privati. L-Awtorità se tkun responsabbli għar-regulazzjoni u l-liċenzjar ta’ kull minn joffri s-servizz tiegħu lejn is-soċjetà.

L-għan tal-awtorità hu li min juża dawn is-servizzi jingħata kwalita tajba u effettiva.