Filmat: Ħidma fl-għoli f’Ħal Balzan; ħabel f’id waħda bejn ħajja u mewt

Erbgħa sulari fl-għoli, ħaddiem ta’ karnaġġjon skur deher qiegħed jiżbogħ b’id waħda, u bl-id l-oħra jżomm ħabel biex ma jaqax.

Il-każ seħħ fi Triq Dr Zammit f’Ħal Balzan, hekk kif ittieħdu ritratti u filmat ta’ żewġ ħaddiema. Wieħed mill-ħaddiema, li hu ta’ karnaġġjon skur, jidher fuq fallakka, nieżel mal-ġenb ta’ erba’ sulari b’ħabel li qed iżommu bejn il-ħajja u l-mewt f’id wieħed. Newsbook.com.mt bagħat il-mistoqsijiet tiegħu lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA).

Michael Zammit Maempel, li ħa r-ritratti u l-filmati, sostna fuq Facebook li din hija l-ħajja ta’ lussu li jgawdu nies ta’ karnaġġjon skur f’Malta.

Filmat: Michael Zammit Maempel