Ħidma Ewropea twassal għal 80 arrest dwar id-droga

REUTERS/Tony Gentile/File Photo

Diversi persuni kienu arrestati madwar l-Ewropa b’konnessjoni ma’ rejd li saret fuq l-operat tat-traffikar tad-droga kokaina mill-‘Ndrangheta. Sa nofsinhar kien hemm 41 persuna arrestata fl-Italja, 21 persuna arrestata fil-Ġermanja, 14-il persuna fil-Belġju, u  ħamsa fl-Olanda, skont il-Europol. Persuna oħra kienet arrestata f’Suriname.

Il-persuni arrestati qed jiġu suspettati ta’ traffikar tad-droga, ħasil ta’ flus, tixħim u vjolenza skont ma’ qalu l-Pulizija Taljana u l-aġenzija Ewropea dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’investigazzjonijiet kriminali Eurojust.

Prosekutur Olandiża Fred Westerbeke qal li l-arresti jinkludu membri għolja fl-‘Ndrangheta, il-grupp mafjuż imexxi l-operat globali tiegħu minn Nofsinhar tal-Italja.

Huwa qal li iktar minn 3000 kilo f’kokaina inqabdu fl-Olanda flimkien ma’ 140 kilo f’pirmli ecstasy u €2 miljuni f’kontanti.

Prosekutur kontra l-mafja Taljan, Federico Cafiero De Raho, qal li dan ma ġarax biss fl-Italja iżda f’diversi pajjiżi u ddeskriva l-operazzjoni bħala l-ewwel pass. Huwa spjega kif l-‘Ndrangheta flimkien mal-alleati tagħhom infiltraw diversi portijiet fl-Ewropa biex b’hekk id-droga tiġi traffikata faċilment. Kompla jgħid li diversi avukati u accountants madwar diversi pajjiżi spiċċaw jaħdmu għalihom.

L-operazzjoni tal-lum saret ġurnata wara l-Pulizija Taljana arrestat raġel li huwa suspettat il-kap tal-kapijiet tal-mafja fi Sqallija u 45 persuna oħra b’konnessjoni mal-mafja.