Ħidma biex l-anzjani Żebbuġin jibqgħu jgħixu hemm

Anzjani Maltin

Tnieda proġett pilota fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ li l-għan tiegħu hu li jipprovdi iktar appoġġ biex anzjani li għandhom livelli aktar ta’ dipendenza jkunu jistgħu jibqgħu fil-komunità.

Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li dan il-proġett jippromwovi l-anzjanità attiva.

Din l-inizjattiva qed issir permezz tal-kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, id-Dipartiment għal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, il-knisja parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ, l-Arċipriet Dun Daniel Cardona, u Help Age.

S’issa f’Ħaż-Żebbuġ hawn madwar tlettax-il voluntier.