Hibs rebbieħa tal-kampjonat tal-basketball

Hibs rebħu l-league tal-ewwel diviżjoni tal-basketball. Ir-rebħa li kisbu fil-playoffs kontra Gżira Athleta, wasslithom sabiex jiksbu t-tazza.
Wara logħba missielta kontra Athleta, Hibs irnexxielhom jirbħu l-logħba bl-iskor ta’ 75-63.
Peter Perotti, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta u Paul Sultanta, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Basketball ta’ Malta, ippreżentaw it-tazza lil Hibs.
Il-plejer Kanadiż ta’ Hibs, Chad Patus intgħażel bħala l-aktar plejer ta’ valur fil-finali. Peter Perotti ppreżentalu plakka kommemorattiva għal dan l-unur li kiseb.