Hibernians u Birkirkara bl-akbar ammont ta’ gowls fil-futbol tan-nisa

Ilbieraħ tkompla l-kampjonat tal-futbol tan-nisa, fejn fil-logħbiet ġew reġistrati riżultati b'ħafna gowls.
Mgarr United u Pembroke Athleta kienet l-unika logħba li ntemmet bl-iskor ta’ 1-0, b’rebħa għall-Imġarrin.
Skor identiku ta’ 7-0 Raiders Luxol u Kirkop United li għelbu lil Sliema Wanderers u Tarxien Rainbows rispettivament.
Birkirkara skurjaw erba’ gowls f’kull taqsima meta għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 8-0.
Hibernians skurjaw tmien gowls fl-ewwel taqsima kontra Swieqi United, bl-iskor finali ta’ 13-0.
Għalhekk Raiders u Mgarr qegħdin f’ras il-klassifika b’10 punti, segwiti minn Kirkop United u Birkirkara b’ 9 punti, Hibernians, Pembroke Athleta u Tarxien Rainbows b’6 punti, Sliema Wanderers u Swieqi United b’punt u Hamrun Spartans u Lija/Iklin għadhom bla punti.
Intant nhar it-Tlieta li ġej, Hibernians jilagħbu kontra Hamrun Spartans, Birkirkara jilagħbu kontra Lija/Iklin, Pembroke Athleta kontra Tarxien Rainbows, jkollna d-derby bejn Swieqi United u Raiders Luxol, filwaqt li partita oħra interessanti tkun dik bejn Mgarr United u Birkirkara.