Hibernians qatt ma riedu lil Ched Evans

Fi stqarrija li ħareġ il-President ta’ Hibernians Anthony Bezzina, qal li l-klabb qatt ma kellu l-intenzjoni li jġib lil Ched Evans.
Stephen Vaughan Sr li permezz ta’ VaughanBoxing.TV hu l-isponsor tal-klabb minn Raħal Ġdid, avviċina lil Jeffrey Farrugia li hu t-Tim Maniġer u saqsih jekk il-klabb hux interessat li jingaġġa lil Ched Evans.
Fuq l-istazzjon Ingliż Sky Sport, kien l-istess Stephen Vaughan li mar tkellem f’isem Hibernians, mingħajr il-kunsens tal-istess klabb.
Għalhekk Hibernians jiddikaraw li m’għandhom l-ebda intenzjoni li jġibu magħhom lil Ched Evans.
Minn naħa tiegħu l-President Anthony Bezzina qal li f’36 sena, kemm ilu President ta’ Hibernians, il-klabb dejjem evalwa l-valur soċjali kemm fl-engaġġ ta’ plejers ġodda u fil-ħajja ta’ kuljum tal-klabb.
Il-membri u l-partitarji ta’ Hibernians, flimkien mal-pubbliku ġenerali, jistgħu jserrħu rashom li l-klabb ta’ Hibernians dejjem jieħu l-aħjar deċiżjonijiet għall-ġid tal-klabb.