Ħġieġ u ħadid mad-dawra tat-Torri Eiffel minħabba t-terroriżmu

Se jinbnew strutturi permanenti tal-ħadid u tal-ħġieġ mad-dawra kollha tat-Torri Eifell fi Franza. Dan se jsir bħala miżura ta’ protezzjoni kontra l-attakki terroristiċi.

Tħabbar li din il-grada għolja tal-ħadid u tal-ħġieġ se titlesta sa xahar ieħor u mistennija tiswa mal-€35 miljun.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara sensiela ta’ attakki terroristiċi fil-belt kapitali Franċiża li ħallew iktar minn 200 persuna maqtula fuq perijodu ta’ sentejn.

It-Torri Eiffel fi Franza jżuruh mas-seba’ miljun persuna kull sena, u miegħu hemm grupp permanenti ta’ uffiċjali tal-Pulizija.

Ritratti: Reuters