Ħġieġ ta’ karozza tal-linja mkissra, il-Pulizija tinvestiga

L-investigazzjoni dwar l-inċident li seħħ fuq karozza tal-linja f’Bormla ilbieraħ, għaddiet f’idejn il-Pulizija hekk kif Malta Public Transport għaddiet il-filmati li kellha miġbuda minn fuq kamera tas-CCTV. Dan qalitu kelliema għal Malta Public Transport  wara li Newsbook.com.mt staqsa lill-kelliema dwar dan l-inċident.

Jidher li l-inċident seħħ fuq karozza tal-linja f’Bormla u l-persuni involuti kienu taħt l-effett tal-alkaħol. L-istorja eskalat meta x-xufier ma ħalliex lil dawn il-persuni jitilgħu fuq tal-linja għax ma kellhomx biex iħallsu. B’reazzjoni għal dan, il-persuni li għadhom mhux magħrufa kissru l-ħġieġ tal-karozza tal-linja.