Heynckes ser jibqa’ jiftakar dan it-titlu

Bayern Munich ġew uffiċjalment dikjarati champions tal-Ġermanja b’ħames logħbiet minn tmiem il-kampjonat wara rebħa ta’ 4-1 barra minn darhom kontra Augsburg. Tolisso, Rodriguez, Robben u Wagner skorjaw il-gowls illi ddeċidew dan il-konfront favur it-tim mill-Bavarja.
Huma kisbu 72 punt f’dan il-kampjonat s’issa u għandhom 20 punt vantaġġ fuq l-eqreb tim tagħhom Schalke 04.
Huma rebħu dan il-kampjonat għat-28 darba fl-istorja tagħhom. F’kumment qasir illi ta eżatt kif spiċċat il-partita, il-kowċ Jupp Heyckes kien kommoss ħafna filwaqt illi kuntent għal dak li rnexxielu jagħmel wara li daħal fit-tmexxija minflok Carlo Ancelotti kważi fil-bidu tal-istaġun.
Hu saħaq illi ser jirtira minn din il-kariga f’Ġunju li ġej kuntent u ser jibqa’ jiftakar dan l-aħħar titlu li rebaħ mat-tim mill-belt ta’ Munich.