“Heynckes għażla tajba” – Augenthaler

L-eksdifensur ta’ Bayern Munich, illum ukoll assistent kowċ tal-klabb, Klaus Augenthaler, sostna illi l-għażla tat-tim mill-Bavarja li jagħzel lil Jupp Heynckes kienet waħda ferm għaqlija.
Wara li keċċew lil Carlo Ancelotti, Bayern ġabu lura lil Heynckes sal-aħħar tal-istaġun sakemm it-tim jaħtru kowċ ġdid fis-sajf illi ġej.
Il-kowċ, illi wassal lil Bayern Munich għat-tliet titli fis-sena 2013, ser jiddebutta fl-Allianz Arena kontra Freiburg.