Hertz tapplika għall-protezzjoni ta’ falliment fl-Istati Uniti

Facebook - Hertz

Il-kumpanija tal-kiri tal-karozzi Hertz applikat għall-protezzjoni ta’ falliment fl-Istati Uniti.

Il-BBC irrapporta li dan minħabba l-impatt qawwi li kellha l-pandemija tal-coronavirus fuq il-kumpanija. Il-ħidma ta’ Hertz fl-Ewropa mhux se tiġi affettwata.

Intqal li l-kumpanija li taqla’ l-flus mid-dħul tal-kiri tal-karozzi fl-ajruporti qalet li ntlaqtet mit-tnaqqis fl-ivjaġġar.

Il-kumpanija bdiet topera mal-100 sena ilu f’Chicago. Il-kap eżekuttiv tagħha rreżenja l-ġimgħa l-oħra.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn