Herrera lest għal taħdidiet ma’ Manchester United dwar kuntratt ġdid

Ander Herrera jonqsu 12-il xahar biss fuq il-kuntratt attwali tiegħu ma’ Manchester United iżda l-midfielder Spanjol lest li jġedded l-esperjenza tiegħu mar-Red Devils. Skont Daily Mail, Atletico Madrid, Valencia u Seville wrew interess fil-plejer ta’ 29 sena filwaqt li l-klabb Ingliż jista’ jkun li jibda diskussjonijiet dwar kuntratt ġdid mal-midfielder ħabbrieki.

Herrera ngħaqad ma’ Manchester United għal erba’ snin, biċ-ċans li jġedded il-kuntratt b’sena oħra, mingħand Athletic Bilbao fl-2014 u sar plejer popolari fi ħdan il-klabb hekk kif intrebħu tliet trofej minn mindu wasal hu.