“Ħerqana li nqatta’ l-kumplament ta’ ħajti miegħek” – Lyndsay Pace

Lyndsay Pace
Keith Abela u Lyndsay Pace

Tmiem is-sena spiċċat fuq nota mill-isbaħ għall-kantanta Lyndsay Pace u l-maħbub tagħha Keith Abela. Mhux biss iċċelebraw 6 sitt joħorġu flimkien iżda jidher li l-koppja tgħarrset uffiċjalment.

“Ma stajtx nistaqsi biex intemm din is-sena aktar aħjar minn hekk. Int imlejt qalbi b’ħafna mħabba u kont naf li int kont għalijja sa mill-bidunett,” kitbet il-kantanta fuq il-profil tagħha hekk kif qasmet mal-pubbliku ritratt taċ-ċurkett tal-għerusija. Hija kitbet ukoll li hija tassew l-iktar tfajla ixxurtjata fid-dinja.

“Ninsab ħerqana li nqatta’ l-kumplament ta’ ħajti miegħek u nwegħdek li se nġiegħel titbissem għal demm,” wegħditu hi.

I couldn’t have asked for a better way to end the year! 💍✨ You have filled my heart with so much love and I knew that…

Posted by LYNDSAY on Thursday, December 31, 2020

Nawguraw lil Lyndsay u lil Keith għal pass li jmiss fl-istorja ta’ mħabba ta’ bejniethom.